Dylan Cutajar Nutrition & Health

Dylan Cutajar Nutrition & Health Practice Nurse in Nutrition 🩺 | Registered Nutritionist 🥗

Passionate about education and the prevention of lifestyle-related diseases.

Studju ġdid qed jissuġġerixxi li t-tadam jista’ jkun ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-fwied. 🍅F’dan l-istudju, persuni b’xa...
12/08/2026

Studju ġdid qed jissuġġerixxi li t-tadam jista’ jkun ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-fwied. 🍅

F’dan l-istudju, persuni b’xaħam żejjed fil-fwied (fatty liver) kielu kuljum madwar 200g tadam frisk u 50g zalza tat-tadam għal 6 ġimgħat. Ir-riżultati wrew tnaqqis akbar f’indikatur tax-xaħam fil-fwied meta mqabbla ma’ dawk li evitaw it-tadam.

Importanti li ngħidu li dan kien studju żgħir u għal żmien qasir. Għalhekk, ma nistgħux ngħidu b’ċertezza li t-tadam inaqqas ix-xaħam fil-fwied. Ir-riżultati huma interessanti u promettenti, iżda hemm bżonn ta’ aktar riċerka.

Il-messaġġ jibqa’ wieħed sempliċi: it-tadam jista’ jkun parti minn dieta Mediterranja varjata u bilanċjata, iżda mhuwiex kura għall-fatty liver.

Sors: POMOSANO Study, Nutrients (2026) https://l1nq.com/2yycazx

People with MASLD who ate tomatoes on a daily basis had less fat buildup in the liver, a recent study found.

Illum nixtieq naqsam parir wieħed biss, biex niffokaw fuqu u forsi jkun aktar faċli biex niftakruh.Meta mmorru nixtru fi...
08/08/2026

Illum nixtieq naqsam parir wieħed biss, biex niffokaw fuqu u forsi jkun aktar faċli biex niftakruh.

Meta mmorru nixtru fis-supermarket jew f’postijiet simili waqt li nkunu bil-ġuħ, jista’ jkun aktar faċli li nagħżlu ikel li jiġbidilna l-attenzjoni, inkluż prodotti ppakkjati b’mod attraenti u ikel b’densità għolja ta’ enerġija (kaloriji), li ħafna drabi jkun ukoll għoli fiz-zokkor, melħ jew xaħam.

Nafu kemm l-ambjent tal-ikel ta’ madwarna jista’ jagħmilha diffiċli biex nagħżlu prodotti aktar nutrittivi.

Għalhekk, parir sempliċi iżda prattiku: meta jkun possibbli, evita li tmur tixtri bil-ġuħ biex niprovaw nagħmlu għażliet aktar ippjanati u inqas influwenzati mill-ġuħ tal-mument.

Organiku ma jfissirx “mingħajr pestiċidi” jew “mingħajr riskju”.Fil-biedja organika jistgħu jintużaw ċerti sustanzi għal...
05/08/2026

Organiku ma jfissirx “mingħajr pestiċidi” jew “mingħajr riskju”.

Fil-biedja organika jistgħu jintużaw ċerti sustanzi għall-kontroll tal-pesti, iżda huma rregolati u limitati. Dawn jistgħu jinkludu pestiċidi jew sustanzi minn sorsi naturali. “Naturali” ma jfissirx awtomatikament li sustanza hija mingħajr riskju ta xejn.

Bl-istess mod, frott u ħaxix imkabbar b’mod konvenzjonali mhux bilfors mhux sikur. Fl-UE, ir-residwi tal-pestiċidi huma mmonitorjati u għandhom limiti legali maħsuba biex jipproteġu lill-konsumatur. L-aħħar valutazzjoni tal-EFSA sabet riskju baxx għas-saħħa mill-esponiment stmat għar-residwi fl-ikel ittestjat.

L-iktar ħaġa importanti għas-saħħa tagħna? Li nieklu aktar frott u ħaxix, madwar 5 porzjonijiet kuljum (400g). Il-benefiċċji ta’ din l-għażla għal saħħet il-qalb u l-prevenzjoni ta’ mard kroniku huma ħafna akbar mir-riskju potenzjali ta’ residwi li jkunu fil-limiti regolati.

Agħżel organiku jekk dan jaqbel mal-preferenzi tieghak, il-baġit jew il-valuri tiegħek. Iżda qatt tħalli l-biża’ mir-residwi twaqqfek milli tiekol frott u ħaxix konvenzjonali.

Parir prattiku: aħsel il-frott u l-ħaxix taħt l-ilma ġieri qabel tiekolhom, dan jgħin inaqqas ħmieġ, mikrobi u xi residwi tal-wiċċ.

Looking for a comforting chocolate drink? Try this warm cacao recipe:Heat one cup of unsweetened almond milk until warm ...
02/08/2026

Looking for a comforting chocolate drink? Try this warm cacao recipe:

Heat one cup of unsweetened almond milk until warm (do not boil the milk), then whisk in one tablespoon of unsweetened cacao powder and one or two small squares of dark chocolate (70% or higher) until smooth. Add a little cinnamon, if desired.

Cacao and dark chocolate contain magnesium, flavanols and theobromine. Although this drink is not a “serotonin shot”, its warm taste and relaxing preparation can still make it an enjoyable part of a balanced diet and a calming routine.

Il-“protein craze” tal-lum qed tagħti l-impressjoni li kulħadd għandu bżonn jiekol aktar proteina - imma verament hekk h...
01/08/2026

Il-“protein craze” tal-lum qed tagħti l-impressjoni li kulħadd għandu bżonn jiekol aktar proteina - imma verament hekk hu? Qabel ma nżidu protein bars, shakes u prodotti “high-protein”, għandna nistaqsu x’qed jissostitwixxu fid-dieta tagħna. Qed nieklu inqas frott, ħaxix, ċereali integrali u fibra minħabba fihom? Il-proteina hija importanti, iżda għal ħafna nies għandha tiġi primarjament minn ikel naturali bħal ħut, bajd, legumi, prodotti tal-ħalib, laħam mhux ipproċessat, ġewż u żrieragħ, u idealment tkun inkluża ma’ kull ikla.

Xi persuni jistgħu jkollhom bżonn aktar proteina minħabba l-età, mard, telf ta' piz, irkupru jew attività fiżika intensa, iżda aktar mhux dejjem aħjar. In-nutrizzjoni hija dwar id-dieta kollha kemm hi, mhux dwar l-aħħar moda fuq il-midja soċjali.

⚠️ Mhux il-piż biss jgħodd!Persuna tista’ tidher irqaq, iżda xorta jkollha xaħam moħbi madwar l-organi jew fil-fwied. Da...
28/07/2026

⚠️ Mhux il-piż biss jgħodd!

Persuna tista’ tidher irqaq, iżda xorta jkollha xaħam moħbi madwar l-organi jew fil-fwied. Dan ix-xaħam jista’ jżid ir-riskju tad-dijabete, pressjoni għolja u problemi tal-qalb.

Wisq zokkor, alkoħol, nuqqas ta’ attività fiżika, stress u rqad ħażin jistgħu jikkontribwixxu għal din il-problema.

Biex nieħdu ħsieb saħħitna:

🥗 Nieklu ikel bilanċjat u nnaqqsu z-zokkor miżjud
🚶‍♀️ Niċċaqilqu regolarment
💧 Nagħżlu l-ilma minflok xarbiet biz-zokkor
😴 Norqdu biżżejjed u nnaqqsu l-istress
🩺 Nagħmlu kontrolli mediċi meta jkun meħtieġ

Il-miżien ma jurix l-istampa kollha. Iċ-ċirkonferenza tal-qadd (waist), il-pressjoni tad-demm u ċerti testijiet tad-demm jistgħu jagħtuna tagħrif aktar siewi dwar is-saħħa metabolika tagħna.

Żgħar bidliet ta’ kuljum jistgħu jagħmlu differenza kbira. 💚

Din hija informazzjoni ġenerali u ma tissostitwixxix il-parir tat-tabib tal-familja tieghak.

🍞🥔 Kont taf li meta ċertu ikel bil-lamtu jitkessaħ, parti mil-lamtu tinbidel f’“resistant starch”?Meta ssajjar u mbagħad...
26/07/2026

🍞🥔 Kont taf li meta ċertu ikel bil-lamtu jitkessaħ, parti mil-lamtu tinbidel f’“resistant starch”?

Meta ssajjar u mbagħad tħalli patata, ross, għaġin jew ħobż jiksħu, parti mil-lamtu ma tibqax tiġi diġerita kompletament fl-imsaren. Minflok, tasal sal-musrana l-kbira fejn taġixxi b’mod simili għall-fibra u sservi ta’ ikel għall-batterji tajbin tal-musrana.

✅ Dan jista’ jgħin:
• iżommok mimli għal aktar ħin;
• inaqqas iż-żieda mgħaġġla taz-zokkor fid-demm wara l-ikel;
• jappoġġja s-saħħa tal-musrana.

📌 Kemm tiżdied il-fibra?

Ir-resistant starch mhuwiex fibra “ġdida”, iżda jaġixxi bħalha. L-ammont jiddependi mit-tip ta’ ikel u kif jitħejja, iżda ġeneralment:

- porzjon ta’ 150 g patata mkessħa jista’ jipprovdi madwar 2–4 grammi ta’ resistant starch;
- porzjon ta’ 150 g ross jew għaġin imsajjar u mkessaħ jista’ jipprovdi madwar 1–3 grammi.

Dan ifisser li l-ikel jista’ jkollu madwar 1 sa 4 grammi aktar “fibra funzjonali” meta mqabbel ma’ meta jittiekel sħun, għalkemm il-valur ivarja skont l-ikel u l-mod ta’ preparazzjoni.

💡 Parir sempliċi: Sajjar kwantità akbar, aqsamha f’porzjonijiet u ffriżaha jew żommha fil-friġġ. Meta terġa’ ssaħħanha, parti mir-resistant starch tibqa’ preżenti.

Ħalib tal-baqra, tal-mogħża jew tan-nagħġa – liema hu l-aħjar?It-tlieta kollha fihom proteina ta’ kwalità tajba, prinċip...
10/07/2026

Ħalib tal-baqra, tal-mogħża jew tan-nagħġa – liema hu l-aħjar?

It-tlieta kollha fihom proteina ta’ kwalità tajba, prinċipalment casein u whey.

Il-casein għandu diversi tipi, fosthom alpha, beta u kappa-casein. Fil-beta-casein, l-aktar tipi magħrufa huma A1 u A2.

🐐 Il-ħalib tal-mogħża jista’ jkun eħfef biex jiġi diġerit minn xi nies. Dan jista’ jkun minħabba li normalment għandu aktar karatteristiċi simili għall-A2, inqas alpha-s1 casein u jifforma boċċa aktar ratba fl-istonku.

🐑 Il-ħalib tan-nagħġa huwa wkoll prinċipalment tat-tip A2, iżda fih aktar xaħam, proteina u solidi. Għalhekk huwa aktar rikk u nutrittiv, iżda jista’ jinħass itqal għal xi nies.

🐄 Il-ħalib tal-baqra huwa nutrittiv u ħafna drabi orħos, għax il-baqar jipproduċu ħafna aktar ħalib u l-produzzjoni ssir fuq skala akbar.

Il-ħalib tan-nagħġa jagħti aktar ġobon minn kull litru, iżda n-nagħaġ u l-mogħoż jipproduċu ħafna inqas ħalib mill-baqar.

Importanti: it-tlieta fihom lactose, u l-ħalib tal-mogħża jew tan-nagħġa mhux dejjem huwa adattat għal min għandu allerġija għall-proteina tal-ħalib tal-baqra.

Fatt umoristiku: il-baqar kannella ma jagħmlux ħalib taċ-ċikkulata – il-kawkaw xorta trid iżżidu int!

🐔 X'inhi d-differenza bejn tiġieġ u bajd "corn-fed", "grain-fed", "free-range" u "pasture-raised"?Ħafna jaħsbu li dawn i...
05/07/2026

🐔 X'inhi d-differenza bejn tiġieġ u bajd "corn-fed", "grain-fed", "free-range" u "pasture-raised"?

Ħafna jaħsbu li dawn it-termini jfissru li wieħed huwa ħafna aktar nutrittiv mill-ieħor. Imma x'tgħid ix-xjenza?

✅ Grain-fed (mitmugħ bil-qmuħ): It-tiġieġ jiġi mitmugħ b'dieta bbilanċjata li ġeneralment tinkludi qamħirrum, qamħ, sojja, vitamini u minerali.

✅ Corn-fed (mitmugħ bil-qamħirrum): Il-qamħirrum ikun parti akbar mid-dieta tiegħu. Dan ħafna drabi jagħti kulur aktar isfar lill-laħam jew lill-ġilda, iżda mhux ghax jagħmel il-laħam wisq izjed nutrittiv.

✅ Free-range u Pasture-raised: Minbarra l-għalf, dawn ikollhom aċċess għal barra fejn jistgħu jfittxu ħaxix, insetti u żrieragħ. Il-laħam u l-bajd jistgħu jkollhom ftit aktar omega-3 u antiossidanti, iżda d-differenza nutrizzjonali hija ġeneralment mhux kbira.

🥚 U l-bajd?
L-istess japplika. Kemm il-bajd minn tiġieġ konvenzjonali kif ukoll dak minn tiġieġ free-range huwa nutrittiv ħafna. Id-differenzi fin-nutrijenti huma ġeneralment żgħar.

💡 L-aktar ħaġa importanti mhijiex it-tip ta' għalf, iżda l-mudell ġenerali tal-ikel tiegħek u kif isajjar l-ikel (hafna qali, ftit haxix, tikolx il-gilda, etc). Dieta bilanċjata, b'ħafna ħaxix, frott, legumi u ċereali sħaħ tagħmel ħafna aktar differenza għas-saħħa milli jekk it-tiġieġ kienx corn-fed jew grain-fed.

🍓🍎 Kif iżżomm il-frawli u t-tuffieħ friski għal aktar żmien?Ftit passi sempliċi jistgħu jgħinuk tnaqqas il-ħela tal-ikel...
30/06/2026

🍓🍎 Kif iżżomm il-frawli u t-tuffieħ friski għal aktar żmien?

Ftit passi sempliċi jistgħu jgħinuk tnaqqas il-ħela tal-ikel:

• Żomm il-frawli u t-tuffieħ fil-friġġ, idealment fil-kexxun tal-ħxejjex.
• Aħsel il-frawli biss meta tkun ser tiekolhom. L-umdità żejda tħaffef it-taħsir.
• Ħalli ż-zokk tal-frawli fuqhom sakemm tkun ser tiekolhom, u poġġi karta tal-kċina fil-kontenitur biex tassorbi l-umdità.
• Żommhom ’il bogħod minn frott u ħaxix bħal banana, ħawħ, għanbaqar, tadam u avokado, li jistgħu jħaffu l-maturazzjoni.
• Jekk tara frawla bil-moffa jew tuffieħa mħassra, neħħiha mal-ewwel biex ma taffettwax il-bqija.
• Tbenġil żgħir fit-tuffieħ ma jfissirx bilfors li għandu jintrema. Jekk m’hemmx moffa jew sinjali oħra ta’ taħsir, aqta’ l-parti affettwata b’mod ġeneruż u uża l-bqija.

Tip żgħir: meta taqta’ tuffieħa, ftit meraq tal-lumi jgħin biex ma ssirx kannella malajr.

Ikel maħżun tajjeb ifisser inqas ħela u aktar frott frisk fuq il-mejda.

Address

Siggiewi

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Dylan Cutajar Nutrition & Health posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Practice

Send a message to Dylan Cutajar Nutrition & Health:

Shortcuts

Share