Noelene Farrugia - Servizz ta' Terapija

Noelene Farrugia - Servizz ta' Terapija Noelene Farrugia, omm ta' żewgt itfal, professjonista fil-qasam tas-saħħa mentali, u terapista tal-familja.

Servizz ta' terapija għall-individwi, familji u koppji bl-iskop li joffri tama għall-kwalita ta' ħajja aħjar u relazzjonijiet iżjed b'saħħithom.

An article I recently wrote on the power of professional help ❤️
26/08/2026

An article I recently wrote on the power of professional help ❤️

Have you ever felt as though you're circling the same thoughts, unable to find an exit? Like a heavy weight has settled on your shoulders, and you're carrying it entirely on your own? If this

Hsieb tal-llum... ❤️Kultant insawwtu wisq lilna nfusna għal dak li ‘suppost’ mistenni minna, bħal li kieku d-dinja ser t...
04/08/2026

Hsieb tal-llum... ❤️

Kultant insawwtu wisq lilna nfusna għal dak li ‘suppost’ mistenni minna, bħal li kieku d-dinja ser tieqaf jekk nieqfu nagħtu izjed milli jmissna...

-Spiss ninsew fil-bżonn tagħna tal-mistrieħ, spiss naħsbu li aħna invincibli...

Infakkrek tieħu ftit ħsieb tiegħek innifsek.
In-nies ta’ madwarek għandhom bżonnok b’saħħtek...

Tagħmilx izjed milli tiflaħ...
Jekk tikrolla inti, ser jikrollaw l-affarijiet ta’ madwarek.

Qatt ħassejt li qed tisforza lilek innifsek biex tkun fil-preżenza ta’ xi ħadd? Qatt staqsejt lilek innifsek għaliex qed...
19/07/2026

Qatt ħassejt li qed tisforza lilek innifsek biex tkun fil-preżenza ta’ xi ħadd? Qatt staqsejt lilek innifsek għaliex qed tħoss ċertu distanza?

Xi kultant, ngħabbu lilna nfusna bl-idea li bilfors irridu nibnu relazzjoni tajba ma’ kulħadd. Meta dan ma jseħħx, nibdew naħsbu li m’aħniex qed nagħmlu jew nippruvaw “biżżejjed” f’dik ir-relazzjoni.

Imma tajjeb niftakru li relazzjoni tirrikjedi investiment miż-żewġ naħat. Jekk tħoss li m’hemmx konnessjoni, mhux bilfors ġejja min xi nuqqasijiet tiegħek. Il-persuna l-oħra għandha wkoll ir-responsabbiltà tagħha f’kif tiżviluppa r-relazzjoni ta’ bejnietkhom.

Konnessjoni ġenwina teħtieġ impenn miż-żewġ naħat. Teħtieġ bażi ta’ fiduċja u sens ta’ sigurtà, sabiex kull persuna tħossha komda biżżejjed tkun min verament hi, mingħajr biżgħat jew ħsibijiet negattivi li jfixklu l-potenzjal li tinbena relazzjoni ġenwina.

Għalhekk, forsi l-mistoqsija m’għandhiex tkun, “X’qed nagħmel ħażin jiena?”, iżda minflok, “X’qed jiġri bejnietna li qed jagħmilha diffiċli biex nersqu viċin xulxin?”

Din għalik...li forsi spiss issib ruħek tinġarr mal-biżgħat, u man-negattività…Taqta' qalbek u tħoss li inutli tipprova....
18/05/2026

Din għalik...li forsi spiss issib ruħek tinġarr mal-biżgħat, u man-negattività…
Taqta' qalbek u tħoss li inutli tipprova...

Forsi tinsa li biex jkollok riżultat, hemm proċess, hemm destinazzjoni li tirrikjedi ħafna xogħol. Destinazzjoni li mhux dejjem tkun ward u żahar.

Imma jekk f'dawn iċ-ċirkostanzi ma tagħmilx l-aħjar tiegħek, kif tista' tara riżultat?

Jekk taqta’ qalbek ma’ kull intopp li se taffaċċja, kif tista’ tara progress?

Kull sitwazzjoni li inti fiha, se ssib dejjem xi ħaġa diffiċli biex tittestjak, biex taqtalek qalbek…
F’kull relazzjoni li inti fiha, f'kull sitwazzjoni li tkun fiha u f’kull irwol li sservi, dejjem ser issib xi ħaġa lesta biex tfixklek...

Il-punt ta’ dan il-ħsieb hu biex qatt ma taqta’ qalbek, anke meta tħossok qed taqdef fil-vojt.
Ir-riżultat mhux dejjem jidher mal-ewwel… Kultant jaf ikun t**d wisq meta tirrealizza li bi ftit oħra paċenzja stajt tgawdi r-riżultat ta’ dak li ħdimt għalih. ♥️

Spring has a gentle way of reminding us to slow down.As the days grow longer and the light lingers a little more, it’s a...
08/04/2026

Spring has a gentle way of reminding us to slow down.

As the days grow longer and the light lingers a little more, it’s an invitation to become more present, to notice the small moments that often pass us by. A shared meal, a quiet walk, laughter at the end of the day.

In my work, I often see how easy it is to get caught up in the rush of everyday life. We move from one responsibility to the next, postponing rest, connection, and care.

Right now, I’m on leave, and I’m grateful for the chance to pause, to truly be with my family, to recharge, and to reconnect with what matters most.

This is a gentle reminder to all of us:
You don’t have to wait for the “perfect time” to take a step back.

Take a day off if you can. Step outside. Breathe deeply. Put the phone down. Be with the people you love, and with yourself ❤️.

Sometimes, the smallest pauses create the deepest sense of wellbeing.

Wishing you a season of presence, renewal, and simple joy 🦋☀️🌻

Have you ever found yourself in an uncomfortable situation where you almost didn’t fully register what was happening aro...
27/02/2026

Have you ever found yourself in an uncomfortable situation where you almost didn’t fully register what was happening around you?

As if you went a little numb. Especially when someone may have been trying to intimidate, belittle, or humiliate you?

It might seem like you were unaware, passive, or weak in that moment. But what if that wasn’t weakness at all?

Our nervous system is constantly scanning for safety. When it senses threat including emotional threat, it can shift us into protective responses such as freeze, shutdown, or dissociation.

In those moments, not fully “taking in” what is happening can actually be a form of self-protection.

It’s the body’s way of reducing the emotional impact of what someone else is trying to put us through.

Sometimes we don’t consciously choose this response. It happens automatically, intelligently, and instinctively.

So even in a moment where you feel vulnerable, exposed, or small, it may be that without even realising it you were protecting yourself.

Your system was working for you, not against you. And that in itself is a form of strength ❤️🤗

Kultant inħallu l-ħsieb jeħodna lura. Lejn dak li seta’ kien. Lejn l-istejjer li xtaqna li nkitbu b’mod differenti.​Spis...
31/01/2026

Kultant inħallu l-ħsieb jeħodna lura. Lejn dak li seta’ kien. Lejn l-istejjer li xtaqna li nkitbu b’mod differenti.

​Spiss, fil-mumenti ta’ skiet, titla’ l-mistoqsija: "Għaliex jien? Għaliex din it-tbatija kollha? X'għamilt ħażin?"

​Irrid ngħidlek ħaġa waħda b’ċertezza:
It-tbatija mhux kastig.

​Kultant, ma jirnexxilniex insibu tweġiba għal kollox. U forsi, l-fejqan ma jiġix billi nsibu r-raġuni, imma billi nsibu l-paċi.

​Nistiednek tħares lejn ħajtek b’għajnejn ta’ kompassjoni lejk innifsek:

-Li taċċetta li dak li għaddejt minnu, minkejja li kien iebes, mhux ser tħallih ikissrek.
-Li tirrealizza li għalkemm ma kellekx kontroll shih fuq dak li ġara lilek, għandek kontroll sħiħ fuq kif tirrispondi għalih illum.

​Dan huwa l-mument tiegħek.

​Għandek iċ-ċans li taqbad il-pinna u tikteb kapitlu ġdid. Mhux għax insejt il-passat, imma għax għażilt li l-futur tiegħek huwa aktar importanti mill-istorja li weġġgħatek.

​Anke meta t-triq mhux ċara, kull pass ’il quddiem huwa att ta’ kuraġġ. Ibqa’ miexja. L-istorja tiegħek għadha qed tinkiteb ✍️🩶

04/01/2026

Hekk kif bdejna sena ġdida, ħafna minna nħossu l-bżonn li nagħmlu riżoluzzjonijiet ġodda biex inkunu “l-aqwa verżjoni” tagħna nfusna. Filwaqt li tajjeb li ninvestu fil-bżonnijiet tagħna, nixtieq infakkrek biex tkun ġentili miegħek innifsek.

- Agħmel pjan realistiku
- Imxi bil-pass tiegħek
- Jekk l-affarijiet ma marrux kif xtaqt, ma jimpurtax erġa’ ibda.

Il-perfezzjoni ma teżistix, aħna umani u nagħmlu l-aħjar li nistgħu b’dak li għandna fil-mument.

Nixtieqilkom sena tajba ♥️

Address

Il-Kamra S-Safra, 6 Triq Santa Katarina
Iz-Zejtun
ZTN0000

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Noelene Farrugia - Servizz ta' Terapija posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share