25/10/2026
Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed.
Għax anke bil-perżut u bis-salami qiegħdin jgħaddukom passata.
Għax int mingħalik qed tixtri xi ħaġa tajba u fil-fatt qed tixtri problema kbira.
F’review li ġiet ippubblikata f’Awissu 2026 fl-Annual Review Of Nutrition, 27 riċerkatur daru b***a studji li saru fuq dan is-suġġett.
Waħda minn dawn l-istudji saret fuq kważi 500,000 persuna fir-Renju Unit.
Dawn sabu li kull 25g laħam ipproċessat li tiekol tista' iżidlek iċ-ċans ta’ all-cause dementia b’44% u ta’ Alzheimer’s b’52%.
Meta ngħidu 25g, dan ifisser slice jew tnejn biss ta’, mhux xi platt imburġat.
Laħam ipproċessat jinkludi dawk is-slices tad-dundjan, perżut, salami, bacon, u zalzett, li llum popolari ħafna fid-delis tas-supermarkets.
U ma’ dawn tista' żżid l-ultra processed foods l-oħra bħal luminati, snacks tal-pakket, ġelat, kejkijiet, instant noodles, breakfast cereals, chicken nuggets, pizza ffrizata u flavoured yoghurts, fost ħafna affarijiet oħrajn.
Iġifieri oqgħodu attenti ħafna meta jkollkom aptit naqra ħobż bil-butir u bil-perżut.
Għax tkun qed tagħmel FERM aktar ħsara milli taħseb.
Ħudu ħsieb saħħitkom.
Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.