11/06/2026
Ġewwa fina ħafna drabi nġorru vuċi li tikkritika, tiġġudika u tfakkarna f’dak li stajna għamilna b’mod differenti jew aħjar.
Madankollu, meta persuna li nħobbu tkun għaddejja minn żmien diffiċli, ħafna drabi nippruvaw nifhmuha u nuru aktar paċenzja, ġentilezza u kompassjoni.
Għaliex kultant ikun aktar faċli noffru kompassjoni lil ħaddieħor milli lilna nfusna?
Li nuru kompassjoni lejna nfusna ma jfissirx li ninjoraw ir-responsabbiltà jew li nsibu skużi għal dak li qed jiġri. Ifisser li nagħrfu li l-esperjenza umana tinkludi żbalji, sfidi u mumenti ta’ inċertezza.
Il-mod kif nitkellmu magħna nfusna għandu impatt kbir fuq il-benesseri emozzjonali tagħna.
Kieku ħabib jew ħabiba jiġu għandek bl-istess diffikultajiet li qed iġġorr inti llum, x’kont tgħidilhom?
Forsi inti wkoll jistħoqqlok tisma’ dak il-kliem ☺️
It-terapija tista’ toffri spazju sigur fejn tesplora r-relazzjoni tiegħek miegħek innifsek u tiżviluppa vuċi interna aktar ġentili, aktar ta’ sostenn, u aktar mimlija kompassjoni lejk innifsek 🤍