Janice Caruana - Psychotherapist

Janice Caruana - Psychotherapist Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Janice Caruana - Psychotherapist, Psychotherapist, Il-Fosdqa, Triq San Mikiel, Zejtun.

A warranted psychotherapist providing a supportive and non-judgmental space to work through emotional difficulties, relationship challenges, and life’s struggles.

Li nibqgħu magħna nfusnaKultant inkunu tant iffukati fuq ir-relazzjonijiet tagħna,  u fuq dak li qed jiġri madwarna, li ...
13/08/2026

Li nibqgħu magħna nfusna

Kultant inkunu tant iffukati fuq ir-relazzjonijiet tagħna, u fuq dak li qed jiġri madwarna, li ninsew relazzjoni importanti ħafna: dik magħna nfusna❗

Li nibqa’ miegħi nnifsi jfisser li nieqaf nisma’ biss l-istorbju ta’ barra u nagħti spazju wkoll lil dak li qed jiġri fija... mingħajr ma niġġudikah jew nipprova nirranġah mill-ewwel.

💫 Nistgħu nistaqsu lilna nfusna:

🔸X’qed inħoss bħalissa, u x’jista’ jkun qed jgħidli dan is-sentiment?
🔸 Meta nkun mal-oħrajn, kemm nibqa’ konness/a ma’ dak li għandi bżonn jien?
🔸 X’partijiet minni qed nagħti spazju għalihom… u liema qed inwarrab?
🔸Jekk ġismi seta’ jitkellem illum, x’kien jgħidli?
🔸X’għandi bżonn nagħti lili nnifsi, mhux biss lill-oħrajn?

Għax li nkunu preżenti għall-oħrajn jibda wkoll billi nitgħallmu nkunu preżenti magħna nfusna. ☺️

Just as every client who walks through the door brings a unique story; layered, personal, & beautifully their own — il-F...
10/08/2026

Just as every client who walks through the door brings a unique story; layered, personal, & beautifully their own

— il-Fosdqa tells its own story too. 🌿☺️

A little showcase of handcrafted creations, each carefully chosen to complement the warmth, character & soul of the space.

Because sometimes, it’s the small, handmade details that make a place feel truly special. ✨🙏

Wendy Camilleri Denise Baker Pace

Kull jum hu specjali 🎭Xi kultant inkunu tant iffukati fuq il-mira l-kbira, li ninsew niċċelebraw il-passi ż-żgħar li was...
07/08/2026

Kull jum hu specjali 🎭
Xi kultant inkunu tant iffukati fuq il-mira l-kbira, li ninsew niċċelebraw il-passi ż-żgħar li wassluna sa hemm.

Kull bidla żgħira tista' toħloq moviment pożittiv fir-relazzjonijiet tagħna, fil-mod kif naraw lilna nfusna u fil-ħajja ta' kuljum.

✨ Xi ideat sempliċi:
🔸 Agħraf progress, mhux biss il-perfezzjoni.
🔸Ieqaf għal mument u staqsi:
"X'inbidel għall-aħjar minn ġimgħa ilu❓"

🔸Aqsam ir-rebħiet iż-żgħar ma' xi ħadd li jappoġġjak.
🔸Uri gratitudni lilek innifsek għall-isforz li għamilt.

Ftakar: bidliet kbar ħafna drabi jibdew b'pass wieħed żgħir li ddeċidejt li ma taqtax qalbek minnu. 😊💪

L-ambjent fejn issir il-psikoterapija jagħmel differenza kbira. 🌿Il-psikoterapija mhijiex trattament mediku, għalhekk ma...
04/08/2026

L-ambjent fejn issir il-psikoterapija jagħmel differenza kbira. 🌿

Il-psikoterapija mhijiex trattament mediku, għalhekk ma ridtx noħloq spazju kliniku jew spizerijja.

Minflok, ħloqt post trankwill u li jħossok qisu d-dar – fejn wieħed jista' jħossu sigur, milqugħ u komdu/a biex jaqsam l-istorja tiegħu.

Għax il-fejqan emozzjonali jibda wkoll mill-ambjent li jilqgħek. Merhba gewwa il-Fosdqa fiz-Zejtun 🦋 😊

Il-kwalità tal-ħin flimkien mhijiex dwar kemm tqattgħu sigħat ma' xulxin, iżda kif tkunu preżenti għal xulxin.  Huma daw...
03/08/2026

Il-kwalità tal-ħin flimkien
mhijiex dwar kemm tqattgħu sigħat ma' xulxin, iżda kif tkunu preżenti għal xulxin.

Huma dawk il-mumenti żgħar ta' konnessjoni li jsaħħu r-relazzjonijiet u joħolqu sens ta' sigurtà.

Xi suġġerimenti:
🔸 Agħtu lil xulxin l-attenzjoni kollha, anke għal ftit minuti.
🔸Isimgħu biex tifhmu, mhux biex twieġbu.
🔸Oħolqu ritwali żgħar ta' kuljum, bħal mixja jew kikkra tè flimkien.
🔸 Itfgħu l-mowbajls għal ftit u agħmlu spazju għal konverżazzjoni ġenwina.

Relazzjonijiet b'saħħithom jinbnew b'mumenti żgħar, ripetuti b'imħabba. 😊

Dak li naraw f'persuna fuq barra huwa biss parti mill-istorja. Ħafna drabi, l-ansjetà, ir-rabja jew toqghod lura, ikunu ...
30/07/2026

Dak li naraw f'persuna fuq barra huwa biss parti mill-istorja.

Ħafna drabi, l-ansjetà, ir-rabja jew toqghod lura, ikunu marbuta ma' esperjenzi, relazzjonijiet u piżijiet li ħaddieħor ma jarax.

🌿 Ftit suġġerimenti:

🔸Qabel tiġġudika, ipprova tifhem.
🔸Aghti spazju biex tisma' mingħajr ma taqta' kliem.
🔸Ftakar li kulħadd qed iġorr battalji li mhux dejjem jidhru ❗

🔸 Kun ġentili—kelma waħda tista' tagħmel differenza kbira.

Xi kultant, l-akbar appoġġ li nistgħu nagħtu lil xi ħadd huwa li nkunu preżenti tassew.🫂

Bħala terapista, huwa importanti għalija li nkompli ninvesti fija nnifsi permezz tas-superviżjoni, it-tagħlim kontinwu u...
28/07/2026

Bħala terapista, huwa importanti għalija li nkompli ninvesti fija nnifsi permezz tas-superviżjoni, it-tagħlim kontinwu u l-aġġornament professjonali.

Illum iddedikajt il-għodwa tiegħi għall-iżvilupp personali u professjonali, sabiex inkun nista’ nkun aktar preżenti u preparata għal dawk li jafdawni bl-istejjer tagħhom. 🛋️

Wara nofsinhar inkun qed niltaqa’ mal-klijenti tiegħi, inkomplu naħdmu flimkien fuq il-vjaġġ tagħhom 😊

Il-paċi vera ma tfissirx li kollox hu perfett... Xi kultant tfisser sempliċement li ssib mumenti ta' kwiet fejn tista' t...
26/07/2026

Il-paċi vera
ma tfissirx li kollox hu perfett...

Xi kultant tfisser sempliċement li ssib mumenti ta' kwiet fejn tista' tieħu nifs, tkun preżenti, u tħossok int.

Il-paċi tikber ukoll fir-relazzjonijiet tagħna❗

Meta ndawru ruħna b'nies awtentiċi, li jisimgħu mingħajr ġudizzju, jitkellmu b'onestà u jaċċettawna kif aħna...noħolqu spazju fejn nistgħu nikbru u nħossuna tassew konnessi.

Agħżel il-kwiet li jsaħħek u r-relazzjonijiet li jġibulek serħan il-moħħ. 🌿💛

X'jiġri waqt sessjoni ta' psikoterapija❓Huwa spazju sigur fejn tista' titkellem mingħajr ġudizzju. Flimkien nesploraw; 🔸...
24/07/2026

X'jiġri waqt sessjoni ta' psikoterapija❓

Huwa spazju sigur fejn tista' titkellem mingħajr ġudizzju.
Flimkien nesploraw;
🔸il-ħsibijiet/ bezghat
🔸l-emozzjonijiet
🔸r-relazzjonijiet tiegħek u aktar biex insibu modi ġodda kif tifhem l-esperjenzi tiegħek u timxi 'l quddiem b'aktar ċarezza u tama. 🌿 😊

Dan kollox għal-lum. 🌿Bħala Psikoterapista, għandi l-privileġġ li niltaqa’ ma’ nies li jiftħu qalbhom u jaqsmu miegħi bi...
21/07/2026

Dan kollox għal-lum. 🌿
Bħala Psikoterapista, għandi l-privileġġ li niltaqa’ ma’ nies li jiftħu qalbhom u jaqsmu miegħi biċċiet mill-istorja tagħhom..il-weġgħat, il-biżgħat u t-tamiet tagħhom.

Kull laqgħa tfakkarni fil-qawwa tal-bniedem li jikber, itaffi l-ugigh, u jerġa’ jsib it-triq tiegħu. ✨
Kuragg 😊🙏

Address

Il-Fosdqa, Triq San Mikiel
Zejtun
ZTN1341

Telephone

+35679091700

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Janice Caruana - Psychotherapist posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share