L- Eku Tal-Hsieb

  • Home
  • L- Eku Tal-Hsieb
Directions

L- Eku Tal-Hsieb paġna ta’ ħsibijiet mill-qalb, metafori, eżempji mill-ħajja u mumenti ta’ riflessjoni li jfakkruna f’dak li verament jgħodd.

Fl-istess waqt, spazju fejn il-passat Malti jerġa’ jieħu l-ħajja permezz ta’ stejjer mill-irħula tagħna

11/11/2026

Wara diversi holm li khelli dal lejl qomt b dan il hsieb. Waqt li norqdu, moħħna joħloq dinjiet li qatt ma rajna, iżda f dak il mument inħossuhom reali. U meta nqumu, nindunaw kemm il-moħħ għandu kapaċita li tmur lil hinn minn dak li nafu u nifhmu.

l-akbar misteru tal-bniedem mhuwiex id-dinja ta’ madwaru, iżda dik li teżisti internament
mhux dejjem naraw ir-realtà kif inhi xi waqtiet narawha permezz ta’ dak li moħħna jippermettilna nifhmu.

Il vjaġġ lejn l-għarfien jibda meta nibdew nesploraw mhux biss id-dinja, iżda wkoll lilna nfusna.

L-Eku tal-Ħsieb

Illejla qrajt Storja u nixtieq naqsama maghkom ! Qatt ma kont smajta qabel Storja ta nieket ,u tragedja kbieraKif Il Ħob...
10/11/2026

Illejla qrajt Storja u nixtieq naqsama maghkom ! Qatt ma kont smajta qabel Storja ta nieket ,u tragedja kbiera
Kif Il Ħobża khella tinbidel fi Traġedja
Kien il jum tal 11 ta’ Frar 1823, il Karnival fil Belt Valletta spiċċa f’waħda mill-aktar traġedji koroh fl-istorja ta’ Malta.
pajjiż mifni b faqar u ġuħ, aktar minn mitt tifel minn familji fqar nġabru biex jirċievu biċċa ħobż fil kunvent ta Ta Ġieżu. fil-Belt Valletta. Wara ċ-ċerimonja, kellhom jingħataw il-ħobż u ikel ieħor.

Dakinhar, aktar minn mitt tifel kienu nġabru għal din l-għotja. Il-quddiesa damet aktar mis-soltu, u sadanittant il-folla tal-Karnival bdiet tinġabar fit-toroq tal-Belt.

Meta wasal il-ħin biex jitqassam il-ħobż, it-tfal inġabru f’kuritur tal-kunvent. Il-ħobż kellu jitqassam minn bieb li kien jinsab fit-tarf tal-kuritur, li fih kien hemm ukoll taraġ ta’ seba’ tarġiet.

Il-problema bdiet meta l-folla bdiet tagħfas biex tiehu il ħobż. Il kuritur kien dejjaq wisq għall għadd ta’ nies li kien hemm fih. F’mument minnhom, il-lampa li kienet iddawwal il-post intfiet, u d-dlam żied il-konfużjoni u l-paniku.

It-tfal ta’ quddiem waqgħu fit-taraġ, filwaqt li dawk ta’ warajhom, imbuttati mill-folla, waqgħu fuqhom. Ħafna spiċċaw mgħaffġa u fgati taħt il-piż ta’ xulxin.

Dak li kellu jkun mument ta’ għajnuna u karità nbidel f’diżastru terribbli. Għadd kbir ta’ tfal tilfu ħajjithom, u l-Belt Valletta nħakmet minn niket kbir.

Ir-rapporti ta’ dak iż-żmien jagħtu ċifri differenti dwar il-vittmi. Ir-reġistri tal-isptar isemmu 94 tifel mejjet, filwaqt li sorsi oħra jirreferu għal 110 vittma.

Aħsbu ftit dawn it-tfal ma kinux marru jfittxu divertiment jew ġid. Kienu marru jfittxu biċċa ħobż.

U hekk, f’jum li kellu jkun wieħed ta’ karità, Malta tilfet għadd ta’ ħajjiet żgħar li kellhom futur sħiħ quddiemhom.

Xi ġrajjiet jgħaddu żmien minn fuqhom, iżda qatt ma għandhom jintnesew.
Illum, kważi żewġ sekli wara, din il-ġrajja għadha tfakkarna f’realtà li faċli ninsew: kien hemm żmien meta għal xi tfal, biċċa ħobż kienet tfisser tama.

U forsi l-aktar ħaġa li tnikktek f’din l-istorja mhijiex biss li mwiet, iżda għaliex kienu hemm. Ma kinux qed ifittxu lussu, ġugarelli jew divertiment. Kienu qed ifittxu l-ħobż.
Mela irringrazzja l Alla li ghandek x tiekol ❤️
L-Eku tal-Ħsieb

10/11/2026

Xi drabi meta mort naghti l-għajnuna lil xi ħadd, qatt ma kinet problema, il prblema li kellu,.
Iżda kien ikun huwa stess! Il.prblema. Għax tista mhux toffri l-għajnuna, il-pariri u s-sapport kollu li tista’, iżda jekk ma jkunx hemm rieda min naħa lohra biex jinbidel jew jimxi ’l quddiem, kollox ikun għalxejn.
Sfortunatement Ma tistax tgħin lil min ma jridx jgħin lilu nnifsu. Battalja mitlufa qabel biss tibda.
L-Eku tal-Ħsieb

Li lhinn mil professjoni tieghi, li marbuta ma l arti li minnha naqla l ghajxien.Ghandi parti ohra ta Artist, dik li inp...
10/11/2026

Li lhinn mil professjoni tieghi, li marbuta ma l arti li minnha naqla l ghajxien.
Ghandi parti ohra ta Artist,
dik li inpitter il hajja tieghi , u li nohloq immagini oi taghtini il paci, qabel il ferh lewwel iried ikun hemm il paci! ❤️

Parir ta Habib 💪🙏
10/11/2026

Parir ta Habib 💪🙏

Hekk jghid proverbju Germaniz!  mhux kull ħbiberija tibqa’ ħbiberija meta jidħlu l-interessi personali.
09/11/2026

Hekk jghid proverbju Germaniz! mhux kull ħbiberija tibqa’ ħbiberija meta jidħlu l-interessi personali.

Novembru 89, Waqt li qieghd inhares lejn il vetrina antika b xi Gallina  ibbalzmata,  fil kamra ta Nannu. Siebt ritratt ...
09/11/2026

Novembru 89, Waqt li qieghd inhares lejn il vetrina antika b xi Gallina ibbalzmata, fil kamra ta Nannu. Siebt ritratt u saqsejt in Nanna, dan ir-ritratt x’inhu?
Ibni, dak nannuk! Hemm lejn l-aħħar ta snin sittien. madwar għoxrin sena ilu kien ġie ħuh mill-Awstralja, u iz zijju ta ommok kien imur mieghu kuljum ghal kacca u kien hadulu huwa dan ir ritratt.
Dak iż-żmien kienu ġew ħafna gallini.
Dik l-għodwa, kif qed tarah fir-ritratt, kien qabad ħamsa. Imma jekk il-memorja ma tittradixnix, kien li staġun li kien irnexxielu jaqbad xi sbatax il waħda!

Kien joħroġ kmieni filgħodu fi dlam cappa , bl-ilbies sempliċi ta’ dak iż-żmien, qmis tal-flanella, il-beritta fuq rasu, u Ma kienx hemm bżonn ħafna biex wieħed igawdi ġurnata bħal dik.

L-Ingliżi kienu jqisu l-gallina bħala waħda mill-aqwa delikatezzi, tant li kienu jsejħulha ikla denja ta’ familja rjali.

U mbagħad, meta kien jasal lura d-dar, kienet tibda storja ta tisjir

Illum, meta nħarsu lejn dan ir-ritratt, ma narax biss lil nannuk bil-ħames gallini f’idejh. Nara kampanja Maltija li nbidlet, drawwiet li għaddew u nies li ħallew warajhom memorji li ma tixtrijjhom bl-ebda flus.
xi kultant ritratt wieħed ikun biżżejjed biex jerġa’ jiftaħ kapitlu sħiħ mill-istorja ta’ familja.

L-Eku tal-Ħsieb ❤️

#𝐒𝐢𝐠𝐠𝐢𝐞𝐰𝐢

Il kobor tal bniedem ma titkejjielx b kemm tgholli rasek il fuq. Izda b kemm tibqa umli meta jkollok ghalfejn tghollija!
09/11/2026

Il kobor tal bniedem ma titkejjielx b kemm tgholli rasek il fuq. Izda b kemm tibqa umli meta jkollok ghalfejn tghollija!

Kemm il darba ngħaddu minn u naraw mirakli u lanqas biss nintebħu?Nqumu filgħodu, naraw id dawl tax-xemx, nisimgħu l għa...
08/11/2026

Kemm il darba ngħaddu minn u naraw mirakli u lanqas biss nintebħu?

Nqumu filgħodu, naraw id dawl tax-xemx, nisimgħu l għasafar isaffru nieħdu nifs , naraw lil xi ħadd li nħobbu, u nkomplu bil ġurnata bħallikieku kollox huwa parti mir-rutina.

Imma qatt waqaft taħseb li dak li llum tqisu bħala xi ħaġa ordinarja, għal xi ħadd ieħor jista' jkun l-akbar xewqa tiegħu?

Xi kultant tant nidraw il ġmiel tal-ħajja li nieqfu napprezzawh. Nidraw i -preżenza ta' dawk li jħobbuna, nidraw saħħitna, nidraw il-paċi, u ninsew kemm huma affarijiet prezzjużi.

Il mirakli mhumiex dejjem affarijiet straordinarji li jiġru quddiem għajnejna. Forsi jinsabu proprju fl-affarijiet żgħar li nagħmlu kuljum, imma li ftit li xejn nagħtuhom importanza.
il ħajja mimlija għeġubijiet. Il-problema mhijiex li ma jeżistux, imma li xi kultant tant nidrawhom li ma nibqgħux narawhom.

Tgħallem tapprezza l ordinarju, għax fih jista' jkun hemm l-isbaħ miraklu.

L-EKU TAL-ĦSIEB

Bħal-lum, 37 sena ilu… irbaħt ħaruf fil-Baħrija! 🐑❤️Kemm għaddew snin, imma il memorji jibqgħu mnaqqxa f’mohhok għal dej...
08/11/2026

Bħal-lum, 37 sena ilu… irbaħt ħaruf fil-Baħrija! 🐑❤️
Kemm għaddew snin, imma il memorji jibqgħu mnaqqxa f’mohhok għal dejjem!

Kien bħal illum, , jien u n nanna morna bil karozza tal linja lejn il Baħrija, għall fiera ta San Martin. Għalija, li kont għadni tifel, dik kienet ġurnata speċjali. nies kullimkien, ħsejjes tal-fiera, it-tfal jiġru, u kulħadd jittama li jirbaħ xi ħaġa.

Imma ħadd ma kien qed jobsor x’kien se jiġrili dakinhar!
Fost il-polzi u l-eċitament tal-fiera, irbaħt ħaruf! 🐑

Tistgħu timmaġinawni kemm kont ferħan! Ma kontx qed nemmen lil għajnejja! Għal tifel, li tirbaħ ħaruf fil-fiera ta’ San Martin kienet xi ħaġa kbira.

Imma l-istorja ma tispiċċax hemm!

Kellna nerġgħu ninżlu lura bil-karozza tal-linja… u magħna kellna wkoll il-ħaruf li kont irbaħt! 😂

U hekk għamilna! Jien, in-nanna u l-ħaruf, lura lejn id-dar bil-karozza tal-linja!
U minghalijja li ser inzommuh maghna id dar!
Izda xorti tajba iz zijju kien irabbi in naghg ir razzett u hadu huwa! ("Ma spiccax ikel")
Illum, meta niftakar f’dik il-ġurnata, nitbissem waħdi. Ma kinitx biss il-fiera, u lanqas biss il-ħaruf li rbaħt. Kienet ġurnata man-nanna, waħda minn dawk il-memorji sempliċi li meta tikber tibda tapprezzahom

Kollox semplici, Safra bil karozza tal-linja, fiera fir raħal, in nanna maġenbi ❤️

U l-ħaruf. Dak baqa’ parti minn storja li wara 37 sena għadni nista’ ngħidha bi tbissima!

Ġewż, lewż, qastan, tin,
Kemm inħobbu lil San Martin! ❤️

L-Eku tal-Ħsieb


Address


Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when L- Eku Tal-Hsieb posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

  • Want your practice to be the top-listed clinic?

Share