10/10/2026
🇲🇹
Il-European Eye Epidemiology (E3) Consortium għadu kemm ippubblika studju ġdid, bil-kontribut tax-xogħol lokali ta’ The Malta Eye Study, li juri żieda allarmanti fil-prevalenza tal-mijopija (vista batuta fil-bogħod) fl-Ewropa.
L-istudju juri li r-rata tal-mijopija fl-Ewropa żdiedet b’aktar minn tliet darbiet bejn ġenerazzjonijiet imwielda matul is-seklu li għadda, u llum tlaħħaq madwar 43%. Din ir-rata qed tersaq lejn il-previżjoni ta’ Holden et al. (2016), li kienu bassru li sal-2050 nofs il-popolazzjoni dinjija tkun mijopika.
Dan huwa ta’ tħassib għas-saħħa pubblika, minħabba li l-mijopija hija assoċjata ma’ riskju akbar ta’ kundizzjonijiet oħra li jistgħu jheddu l-vista tul il-ħajja, fosthom il-glawkoma, id-distakk tar-retina u d-deġenerazzjoni makulari mijopika.
Il-prevenzjoni għandha tibda mit-tfulija. Huwa importanti li t-tfal iqattgħu aktar ħin barra, inaqqsu l-ħin imqatta’ quddiem l-iskrins u jagħmlu eżamijiet regolari tal-vista minn età żgħira. Meta l-mijopija tibda tiżviluppa, jeżistu tipi speċjalizzati ta’ nuċċalijiet, lentijiet tal-kuntatt u qtar għall-għajnejn li jistgħu jgħinu biex inaqqsu r-rata tal-progressjoni tagħha.
Nirringrazzjaw lil kull min ta kontribut f'dan l-istudju lokalment.
L-artiklu xjentifiku:
Tiemens, A., van Hemert, D.J., Lemma, S.T. et al. The growing burden of myopia in Europe: evidence from population-based cohorts. European Journal of Epidemiology (2026).
https://doi.org/10.1007/s10654-026-01435-w
🇬🇧
The European Eye Epidemiology (E3) Consortium has just published a new study incorporating data from The Malta Eye Study, highlighting a concerning rise in short-sightedness (myopia) across Europe.
The findings reveal that myopia has more than tripled across generations over the past century, increasing from 18% among those born in the 1900s to over 61% among those born in the 1990s. The estimated prevalence in Europe now stands at 42.7%, approaching the widely cited prediction by Holden et al. (2016) that half the world's population will be short-sighted by 2050.
This is an important public health concern, as myopia is associated with an increased lifetime risk of sight-threatening conditions, including glaucoma, retinal detachment and myopic macular degeneration.
Prevention starts in childhood. Encouraging more time outdoors, limiting prolonged near work and screen time, and ensuring regular childhood vision screening are important measures. Where myopia develops, specialised spectacle or contact lenses and low-dose atropine eye drops may help slow its progression.
Special thanks goes to all involved in The Malta Eye Study.
Published article:
Tiemens, A., van Hemert, D.J., Lemma, S.T. et al. The growing burden of myopia in Europe: evidence from population-based cohorts. European Journal of Epidemiology (2026).
https://doi.org/10.1007/s10654-026-01435-w
Myopia is a childhood-onset condition driven by excessive axial ocular elongation, associated with increased risk of sight-threatening complications and irreversible visual impairment. Despite rising global prevalence, epidemiological data on long-term trends in Europe remain limited. This study exa...